<<Aktar tkun b’saħħitha l-imħabba>> hija t-tema magħżula minn Monsinjur Nosiglia għal waqt mument straordinarju ta’ talb quddiem il-Liżar ta’ Kristu. Enfasi partikolari ser tkun <<il-qawwa tal-imħabba>> li hija wkoll ix-xewqa li kull wieħed minna għandu jkollu ghal din it-tama ta’ <<esperjenza ta’ qawmien>> li hija l-qalba tal-Għid.

Illum, is-Sibt 11 t’April 2020, ser jiġi trasmess dan il-mument ta’ talb quddiem il-Liżar Għażiż, li ser jibda fl-16.30 u jibqa’ sejjer sas-18.30.

Dawn huma l-links fejn wieħed ikun jista’ jsegwi:

Fuq il-paġna uffiċjali <<https://www.facebook.com/sindone2020>> fuq Facebook

Waqt li jkun qed jiġi trasmess dan il-mument ta’ talb, żagħżagħ tad-djoċesi mill-Uffiċju Pastorali ser ikunu qegħdin jagħtu testimonjanzi flimkien ma’ riflessjonijiet u esperjenzi ta’ kif il-Liżar ta’ Kristu hu relatat ma’ dan iż-żmien diffiċli li ninsabu fih bħalissa.

Dan kollu wieħed ikun jista’ jsegwih fuq dawn il-paġni ta’ Facebook:

https://www.facebook.com/diocesitorino

https://www.facebook.com/upgtorino

https://www.facebook.com/regione.piemonte.official

https://www.facebook.com/cittaditorino

U wkoll fuq Twitter: https://www.twitter.com/Sindone2020

U fuq Youtube: http://www.youtube.com/c/Sindone2020

Din ser tkun qed tidher ukoll fuq l-istazzjonijiet televiżivi RaiTre u fuq TV2000 mill-16.55 sal-17.30. Dan kollu grazzi għall-midja tal-Vatikan (Vatican Media) u li permezz t’hekk pajjiżi oħrajn Ewropej, flimkien ma’ l-Amerika, il-Brażil u l-Afrika ta’ Fuq ser ikunu qegħdin isegwu wkoll.

Għalhekk, kollox ser ikun trasmess ukoll fuq

http://www.vaticanews.va

Home