Saluda del Equipo directivo DE

Comunidad Abraham

Aħna ser ningħaqdu flimkien mal-parroċċi u mal-Knejjes tagħna f’tgħanniqa ta’talb, u biex nisimgħu u naqsmu flimkien il-Kelma t’Alla. Nitolbu b’fiduċja, bl-interċessjoni t’Abraham, biex il-Mulej jeħlisna minn din l-epidemija li ninsabu fiha. Fil-monasteri, fid-djar, fil-Knejjes, fit-toroq, fil-kunventi u fl-ibliet, il-poplu ser jingħaqad flimkien b’vuċi waħda. Nimxu flimkien, magħqudin, ħalli xorta waħda nkomplu ngħixu din l-Aħbar it-Tajba flimkien bħala komunità, anki issa, bl-għajnuna tat-teknoloġija u tal-mezzi soċjali. Nitolbu għall-familji tagħna. B’vuċi ħerqana nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex jipproteġina waqt dan iż-żmien ta’ prova, u nduru lejh u b’tifħir u ġieh inressqulu; lil dawk li qegħdin isofru minn kull tip ta’ mard ħalli jagħtihom il-fejqan; lit-tobba biex jagħtihom id-dawl waqt ħidmiethom; lill-mexxejja biex jagħtihom l-għerf fid-deċiżjonijiet tagħhom; u biex jimla b’kuraġġ lil kull min qed jgħix fil-biża’ u t-tbatija.

Il-mexxejja tal-Komunità Abramo

9 ta’ Marzu 2020

IL-KOMUNITÀ ONLAJN

I

GĦAJNUNA FIT-TALB

 

I

katekeżi

I

MESSAĠĠ U OMELIJA

I

TRIDU TAL-GĦID 2020

RUŻARJU MQADDES

I

IL-MISTERI TAL-FERĦ

It-Tnejn u s-Sibt
I

Il-misteri tat-Tbatija

It-Tlieta u l-Ġimgħa
I

IL-MISTERI TAL-GLORJA

L-Erbgħa u l-Ħadd
I

IL-MISTERI TAD-DAWL

Il-Ħamis

IL-KURUNELLA TAL-ĦNIENA DIVINA

Segwina

X