Għeziez Ħuti, “grazzja u sliem mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu” (1Cor1:3) qed insellmikom bil-Kelma ta’ Pawlu mill-Gżira ta’ San Pawl Malta. Hija tislima li f’dan il-mument iebes li tinsab fiha d-dinja timlina bil-kuraġġ u t-tama f’Alla l-Imbierek.

Għeziez dan huwa żmien staordinarju iżda huwa żmien ta’ grazzja ukoll li nerġgħu niskopru lilna nnfusna u allura niskopru kif Alla qed jaħdem fina.

F’dinja li tinsab fid-dlam tat-tensjoni u paniku aħna niftakru li aħna “ngħallmu l-għerf fost dawk li huma perfetti, imma mhux l-għerf ta’ din id-dinja, anqas l-għerf tal-prinċpijiet ta’ din id-dinja, li se jintemmu fix-xejn” (1Cor2:6) imma l-Għerf li ġej mill-Kelma tas-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu. Jekk il-poplu mixi fid-dlam aħna mħeġġin inkunu dawl, dak id-dawl li aħna ksibna permezz tal-Magħmudija tagħna li huwa Kristu.

1 Punt: Kristu d-Dawl tal-Gnus.

Il-Kardinal Lean-Joseph Suenens, li kien Primat tal-Belgju fi zmien il-Koncilju jgħid li qara dan ir-rokkont. Wieħed għaref staqsa lil ta’ madwaru: “ X’inhi l-akbar ħaga importanti biex il-bniedem ma jmutx bil-ġuħ? Kulħadd wieġeb fil-pront “il-ħobz”. Imma l-għaref qalilhom” Le l-aktar ħaga importanti li l-bniedem għandu bzonn biex ma jmutx bil-ġuħ, hi x-XEMX. Għax ix-xemx tagħti d-dawl, is-sħana u s-saħħa.

Mingħajr Xemx, la jinbet il-qamħ, la jikber u lanqas ikollna ħobż.

U l-Kardinal issa jagħmel mistoqsija lilna l-insara: “X’inhi l-aktar ħaga meħtiega biex il-ħajja nisranija ma tmutx?”

It-twegiba hi din: Il-bniedem għandu bżonn il-VERITA’ TA ALLA. Id-Dawl tal-Verita’. Kristu d-Dawl. Mela nzommu f’mohhna.

  • Id-Dawl tagħna mhux xi ħaġa, id-Dawl tagħna hu Persuna, Kristu.
  • “Jien d-Dawl tad-Dinja. Min jimxi warajja ma jimxix fid-dlam, imma jkollu d-dawl tal-Hajja. (Gw8:12)
  • L-ezempji u l-principji li jaghtina Kristu fil-Vangelu huma:
  • Mudell biex fuqu infasslu ħ
  • Huma soluzzjoni ghall-problemi kollha li għad jiltaqa magħhom il-bniedem.

Nilqghu d-Dawl.

Dan id-dawl jinsab fil-Kelma T’Alla

  1. Meqjuma
  2. Mxandra
  3. Imfissra
  4. U ngħixha minn min jismagħha jew jaqraha.

Ejjew ħuti f’dan iż-żmien fejn kollox huwa wieqaf nitħeġġu aktar ħalli

  1. Nifhmu l-importanza u l-Valur tal-Kelma t’Alla.

Id-Dokument tal-Koncilju “Dei Verbum” jgħid: “ Il-knisja dejjem tat qima lill-Istess Gisem tal-Mulej. Għax il-knisja tiehu l-Għajxien taghha mill-MEJDA TAL-KELMA T’ALLA U TAL-GISEM TA’ KRISTU” (N21)

2: Biex insiru aktar midhla tal-Kotka Mqaddsa.

Il-Papa Benedittu, kien iħeggeg liż-żgħazagħ: “Siru midħla tal-Bibbja u zommuha qrib tagħkom, biex tkun għalikom bhal boxxla li turikom it-triq.

“Meta taqraw il-Bibja titghallmu kif issiru tafu lil Gesu’, ghax San Gilormu jghid:

“Min ma jafx l-Iskrittura ma jafx lil Kristu”

Ikompli l-Papa Benedittu: “Min jisma l-Kelma t’Alla u jimxi fuqgha, jqieghed hajtu fuq padament sod” (Messagg tal-Papa Benedittu ghall 21 Jum Dinji taz-zghazagh 2006) (6)

3: Naghtu widen ghal-Kelma T’Alla.

Il-Papa Frangisku ftit ġranet ilu tana din il-kelma sabiħa meta qalilna li“ Kristu Ġesu’ qed iħabbat il-bieb tal-qalb taghna fil-kliem tal-Iskrittura Mqaddsa. Jekk ahna nisimghu lehnu u nifthula l-bieb ta’ mohhna u qalbna, imbaghad Gesu’ jidhol fil-hajja taghna u jibqa dejjem maghna”

4: Inferrxu d-dawl madwarna.

Kif ser naghmlu dan? Il-Papa Frangisku isemmi zewg mezzi:

  • Nghixu l-Vangelu b’hajjitna.
  • Naghtu xhieda tal-Vangelu quddiem id-dinja.
  • Nghixu l-Vangelu b’hajjitna. Il-Beatu Charles de Faucauld kien jghid:

“Nixtieq nghajjat b’sahhti kollha l-Vangelu bil-hajja tieghi. Jekk ma nghix il-Vangelu, Gesu’ ma jghix fija. (8)

Mahatma Ghandi, għalkemm kien Hindu kien japprezza ħafna lil Kristu u l-Vangelu. Darba qal lil wiehed Nisrani u ghamillu din it-tixbiha

“Il-warda ma tghidx kelma, imma l-fwieha taghha tinxtam, anki wiehed ghami jintebah bil-prezenza ta dik il-warda. Hekk ukoll il-Vangelu ta Kristu fih fwieha aktar minn warda. Anki minghajr diskors il-bnedmin jindunaw bil-fwieha tal-Vangelu, ghalhekk hemm bzonn li l-hajja taghkom stess tkun li titkellem” (9)

  • Naghtu xhieda tal-Vangelu quddiem id-dinja.

“Intom id-Dawl tad-dinja. Hekk ghandu jiddi d-dawl taghkom quddiem il-bnedmin (Mt5:14-16)

Don Werenfried Van Straaten, fundatur ta Ghaqda “Aid to the Church in Need”, stampa eluf u eluf ta’ Bibbji b’kull lingwa u kienun jitqassmu b’xejn fil-pajjizi mahkuma mill-komunizmu. Isimghu x’qal: “Il-Vangelu gie stampat fuq karta iktar minn miljun darba u jinsab ghall-bejgh bl-ilsna kollha, izda l-bnedmin imqarrqa ta’ zmienna, ma jfittxux Vangeli tal-karta, iridu Vangeli hajjin, iridu nies li jkunu kopja hajja tal-Vangelu ta’ Kristu. In-nies ta illum jghidulna-“ kellmuna mhux bil-kliem, izda b’hajjitkom”.

 

Kon: Ħaġa sabiħa li qed naqsmu din il-kelma f’dan iż-żmien “tempo forte” tar-Randna li fih aħna niġu mistiedena nagħmlu mixja “per crucem ad lucem”.

Inselli għalikom u nagħtikom il-Barka tiegħi.

Kan. Dun Robin Camilleri (Senglea, Malta)