Messaġġ sabiħ minn Kanonku Arcipriet Robin Camilleri lill-Komunità Abramo!!

Nixtieq li mill-qalb inwasslilkom l-awguri bl-istess “Shalom” ta’ Ġesù; dik l-istess paċi li tagħtina l-vera kuntentizza. Nintelqu għalekk b’kuraġġ u b’fiduċja f’idejn Ġesù Kristu dejjem Rebbieħ, Hallelujah.
Nitlob għalikom lil Ġesù Rebbieħ ħalli jbierek lilkom u lill-familji tagħkom u biex il-Komunità Abramo tagħraf twassal il-Bxara t-Tajba lid-dinja kollha flimkien ma’ stedina għal din l-Imħabba Rebbieħa li għandu Ġesù għall-umanita kollha.
Insellmilkom mill-qalb u l-Mulej iberrikom.